​9 boutique hotels ġodda għall-Belt Valletta

Hemm 9 boutique hotels li ġew approvati, minn 14-il applikazzjoni li saru lill-MEPA dan l-aħħar, u li mistennija jsiru fil-qrib fil-Belt Valletta.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon waqt li kien qed iwieġeb għal Mistoqsija Supplimentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Falzon kien qed jisħaq fuq il-punt li l-Gvern preżenti jrid iżid l-attività fil-belt kapitali biex din tibqa’ ħajja anke filgħaxijiet, bħal kull belt kapitali oħra fid-dinja.
Qal li minn kemm ilha l-MEPA li ssimplifikat l-applikazzjonijiet għal lukandi żgħar, it-talbiet minn persuni jew entitajiet privati biex jinvestu fil-belt kapitali żdiedu.