Ħafna affarijiet li nagħmlu wara li nieklu eventwalment jispiċċaw jaffettwaw saħħitna ħażin.
Dawn huma disa’ affarijiet li m’għandekx tagħmel wara li tiekol:
- Tpejjipx: Sigarett wieħed wara l-ikel jiswa daqs 10. Dan jista’ jżid ir-riskju ta’ kanċer.
2. Torqodx mill-ewwel. Tibda tħossok okkupat, skomdu u titħawwadlek ir-rutina tal-irqad. Ipprova għamel affarijiet oħra qabel torqod.
3. Tiħux te jew kafè. Nutrizzjonisti jissuġġerixxu li t-te jittieħed mill-inqas siegħa wara l-ikel.
4. Tinħasilx. Dan minħabba li d-demm jiċċirkola f’kull parti oħra tal-ġisem minbarra l-istonku. Iwassal għal indiġestjoni u problemi diġestivi. Ħalli 30 minuta.
5. Tikolx frott. Il-frott għandu bżonn iktar ħin biex jiġi ddiġerit u għaldaqstant ikollok ħruq ta’ stonku
6. Tixrobx ilma kiesaħ. L-ikel ma jiġix iddiġerit kif suppost u jżid iċ-ċans ta’ konstipazzjoni.
7. Tmurx timxi qabel tgħaddi nofsiegħa. Ċans ta’ indiġestjoni u acid reflux.
8. Tmurx il-gym u tagħmilx eżerċizzji eċċessivi.
9. Taħsilx snienek dritt wara li tiekol. Ħalli 30 minuta.