9 affarijiet li m’għandekx iżżomm fil-handbag

Il-handbag qiegħed hemm biex iżżomm l-affarijiet f’post wieħed u b’mod sigur. Hemm oġġetti li dejjem għandu jkollok bħall-portmoni, ċwievet, mowbajl u tissues.

Imma hemm oġġetti oħra li żgur m’għandekx iżżomm fil-basket, b’mod partikolari dokumenti sensittivi u rċevuti antiki. Dan dejjem f’każ li jinsteraqlek il-basket.

Dawn huma d-9 affarijiet li m’għandekx iżżomm fil-handbag:

  1. Lista’ ta’ passwords jew numri ta’ pins
  2. Dokumenti li jistgħu jidentifikawk bħall-ktieb tax-xogħol, passaport u ċ-ċertifikat tat-twelid. Jekk iżżomm il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan biżżejjed.
  3. Ammont ta’ flus kontanti, ktieb taċ-ċekkijiet u d-debit card. Il-parir huwa li ġġorrhom miegħek biss meta jkollok bżonnhom.
  4. Il-make up kollu li għandek! Tista’ tispiċċa żżelleġ kull ħaġa oħra li jkollok fil-basket. Ġorr biss l-affarijiet bażiċi.
  5. Irċevuti antiki. Dawn jagħtu idea lill-ħalliel dwar liema ħwienet tiffrekwenta u jekk jisraqlek il-card tal-bank tkun aktar faċli għalih biex jużaha fi ħwienet li tixtri minnhom inti. Hekk ma jqanqalx suspetti lill-bank.
  6. Frott jew ikel ieħor li jista’ jagħmillek straġi
  7. Vawċers. Jekk jisirquk se titlifhom żgur!
  8. Memberships u loyalty cards. Ġorrhom miegħek biss jekk tkun se tużahom.
  9. L-inqas li tista’…. iffranka l-uġigħ f’dahrek u spallejk!