9 affarijiet li għandek tgħid kuljum lit-tfal

M’hemmx għalfejn prietki u spjegazzjonijiet li jieħdu fit-tul. Professjonisti jissuġġerixxu dawn il-frażijiet li għandek tgħidhom lil uliedek kontinwament.

“Inħobbok” – Għidhielhom kemm tiflaħ

“Nieħu gost meta inti…” –  Semmi xi ħaġa li togħġbok mill-imġiba tagħhom

“Tagħmilni ferħana” – Meta tgħidilhom hekk iħossu s-siwi tagħhom

“Kemm jien kburija bik” – Ikollhom bżonn jisimgħu li qed jagħmlu biċċa xogħol tajba, anke meta tkun diffiċli

“Inti speċjali” – Urihom li l-fatt li huma uniċi jsaħħaħhom

“Nafdak” – Meta tibni bażi ta’ fiduċja tkun qed ittella’ persuna onesta

“Nemmen fik” – Urihom kemm huma ta’ valur

“Naf li kapaċi tagħmilha” – Inkoraġġihom biex qatt ma jaqtgħu qalbhom

“Inħossni grata lejk…” – Kun speċifiku, tista’ tibdlilhom il-ġurnata!