9.5 biljun ritratt jintbagħtu f’xahar bil-messenger tal-Facebook

Kull xahar jintbagħtu aktar minn 9.5 biljun ritratt permezz tal-Messenger ta' Facebook. 
Dan qalu l-Kap tal-Facebook Messenger David Marcus waqt li għaddejjin testijiet fuq l-app Photo Magic. 
Din l-app għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli biex taqsam ir-ritratti tiegħek ma’ sħabek, anke qabel ma tkun poġġejthom fuq Facebook.
Bil-Photo Magic, Facebook Messenger jara r-ritratti ġodda li tkun ħadt bil-mowbajl u permezz tar-rikonoxximent tal-wiċċ jiddentifika lill-ħbieb tiegħek fir-ritratti.
Dan kollu jsir bil-permess tal-utenti għax meta jużaw l-app ikunu qed jagħtu l-aċċess lill-Messenger għall-kamera tal-mowbajl.
F'każ li wieħed ikun irid ineħħi l-aċċess jista' jitfi l-app li tagħraf il-wiċċ (Facial recognition feature). Photo Magic s'issa għadha mhix aċċessibbli fl-Ewropa.