892 karozza tgawdi mill-iskema tal-iskreppjar

892 vettura bbenefikaw mill-għotja ta’ €700,000 tal-iskema ta’ skrappjar li tħabbret fil-baġit.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li sidien li applikaw għal din l-iskema kienu intitolati għal għotja ta’ bejn is-€700 u €900, meta xtraw karozza ġdida li tniġġes inqas.
Żiedet tgħid li l-iskema, li ġiet estiża, ittieħdet kollha.