​89 persuna tistenna li tgħaddi ġuri

Bħalissa hemm 89 persuna li qed tistenna li tgħaddi ġuri fil-qrati Maltin.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Bonniċi qal li minn dawn 60 persuna huma Maltin u 29 huma barranin.
Fl-istess ħin, Bonniċi ma weġibx il-mistoqsija dwar kemm dawn il-persuni ilhom jistennew biex jgħaddu ġuri minħabba l-akkużi li hemm kontrihom.