89 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea huma milquta mill-problema tad-droga.
Dan qalu l-Ispeaker Anġlu Farrugia fil-Jum Internazzjonali kontra l-abbuż mid-droga fejn qal ukoll li f’Malta eluf qed jissieltu ma’ din il-problema.
Farrugia qal li d-droga taffettwa mhux biss lil min jabbuża iżda lill-familjari tagħhom ukoll. Tkellem ukoll dwar problemi fis-soċjetà li jistgħu jwasslu għal dan l-abbuż.
Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon żied jgħid li d-droga hi problema ewlenija f’Malta.
Il-Ministru ħabbar li se tkun organizzata konferenza bit-titlu “Ħajja ħielsa mid-droga – flimkien b’għan wieħed”, it-Tlieta 26 ta’ Ġunju fil-Parlament.