884 każ ta’ vjolenza domestika

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li ġew irrappurtati 884 każ ta’ vjolenza domestika, din is-sena.

Waqt li kien qed jirrispondi għal mistoqsija parlamentari, Farrugia qal li dawn il-każijiet ġew irrappurtati lill-pulizija bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena.