Read in English.
Il-Ministeru tas-Saħħa llum ħabbar 88 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 33 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-1,810 swab tests li saru.
B’hekk bħalissa hawn 1,566 każ attiv f’Malta.
Ilbieraħ tħabbru 135 każ ġdid tal-Covid-19. Minn dawn kien hemm:
- 23 każ fost il-familji
- 7 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
- 9 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
- 7 każijiet minn attivitajiet fejn kien hemm persuni bil-virus
Dan ifisser li s’issa ma nstabitx l-oriġini ta’ 89 każ.
Il-każijiet tal-bieraħ
135 każ ġdid tal-coronavirus fl-ewwel jum tas-sena