Read in English.
Il-Unjin tal-Edukaturi Professjonali fi ħdan il-UĦM qed tgħid li minn stħarriġ li sar fost ftit anqas minn 1,300 Edukatur, 87 fil-mija qalu li ma jixtiqux jirritornaw fil-klassijiet tal-iskejjel u fil-preżenza tal-istudenti, ladarba s-sitwazzjoni baqgħet ma tjibitx, waqt li bħala ġenituri, l-istess edukatturi qali mhux lesti jibgħatu lil uliedhom fit-28 ta’ Settembru.
Fl-istħarriġ irriżulta woll li 82 fil-mija tal-Edukaturi ma jixtiequx li l-istudenti jkunu fiżikament preżenti fil-klassi. Mad-92 fil-mija ta’ dawk li jirrispondew, qalu li s’issa għadhom mhux jafdaw il-protokolli tas-saħħa li daħħal il-Gvern fis-seħħ.
L-UPE qed tinsisti lest li jsejjaħ azzjonijiet industrijali ġaladarba l-Gvern mistenni jibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħu li jiftaħ l-iskejjel f’Settembru mingħajr ma jikkonsulta magħhom.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv tal-UPE Graham Sansone spjega li d-l-azzjonijiet tal-UPE ma jittieħdux b’kappriċċ, iżda wara li l-Ministeru tal-Edukazzjoni mmexxi mill-Ministru Owen Bonnici qed jagħżel li jinjora s-suġġerimenti tal-Union.
Hu spjega kif l-UPE ma kinitx mistiedna tipparteċipa fil-Working Group li nieda l-Gvern.