86% tal-investiment barrani sar fl-attivitajiet finanzjarji

Read in English.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ikkonferma li parti kbira mill-investiment barrani f’Malta fl-2018 sar fl-attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni.

Is-sena l-oħra 86.1% tal-Investiment Dirett Barrani f’Malta sar f’dawn l-attivitajiet, 5% ġew investiti fil-manifattura filwaqt li fl-attività ekonomika tat-trasport, akkomodazzjoni u l-propjetà kien hemm 4% tal-investiment barrani.

Fi stqarrija, il-NSO qal li dan l-investiment minn barra żdied bi €3.4 biljun għal total ta’ €180.9 biljun.

F’Settembru, ekonomisti Daniżi stqarru li aktar minn nofs investiment barrani f’Malta huwa fantażma. Huma qalu li inqas minn nofs l-investiment barrani (FDI) f’Malta huwa “ġenwin”.

AQRA: Studju jindika li aktar minn nofs l-investiment barrani huwa fantażma