86% ta’ 507,000 karti foloz tal-ewro kienu tal-€20 jew tal-€50

Il-fluz foloz tal-ewro fiċ-ċirkolazzjoni fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet żdiedu b’mod qawwi (+44%) għalkemm l-għadd ta’ karti foloz jibqa’ żgħir ħafna meta mqabbel mal-għadd ta’ karti tajbin fiċ-ċirkolazzjoni.
Il-parti l-kbira (86%) ta’ 507,000 karta tal-ewro mneħħija miċ-ċirkolazzjoni fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet kienu dawk ta’ €20 u ta’ €50.
Iktar minn nofs il-karti foloz, jiġifieri 60% tagħhom, kienu tal-€20.
Il-Bank Ċentrali Ewropew appella liċ-ċittadini Ewropej biex jekk jiġu f’idejhom karti dubjużi, iqabbluhom ma’ dawk li jafu li huma tajbin, u jekk id-dubji jkunu kkonfermati, jikkuntattjaw lill-Puliizja jew lill-bank ċentrali tal-pajjiż.