85 xjentist jiltaqgħu f’Malta biex jiddiskutu r-riċerka nukleari

Riżultati riċenti fil-qasam tal-accelerator technology kienu preżentati mill-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari (CERN), fl-Università l-Antika, il-Belt Valletta.
F'konferenza internazzjonali ospitata mill-Fakultà tal-ICT fl-Università ta' Malta attendew 85 xjentist internazzjonali ta' fama dinjija.
Matul l-erbat ijiem li ġejjin se jkun diskuss l-istrateġija tal-ġejjieni f’dan il-qasam.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella qal li proġetti bħal dawn huma eżempju ta’ kollaborazzjoni internazzjonali, li laqgħet flimkien għadd ta’ xjentisti b’għan komuni.
CERN twaqqfet fl-1954 bil-għan li tippromwovi l-paċi fost ix-xjenzati fl-Ewropa.
Il-proġett kurrenti Large Hadron Collider ingħata l-Premju Nobel għall-Fiżika fl-2013.