85 każ ġdid ta’ Covid-19

People wearing masks valletta
Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa rrapurtaw 85 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 64 persuna.

B’hekk, in-numru ta’ każi attivi magħrufa f’Malta laħaq 1,587.

OFFICIAL COVID-19 figures for 03•01•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, January 3, 2021

Il-każi ġodda nstabu permezz ta’ 1,995 swab test: s’issa saru 521,341 minn dawn it-testijiet f’Malta.

F’Malta s’issa kien hemm 13,082 każ magħruf ta’ Covid-19, u minnhom fiequ 11,275.

Però il-pandemija kkawżat 220 mewt, għalkemm l-ebda mewt ġdida ma ġiet imħabbra fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li mit-88 każ ta’ Covid-19 li ġew irrapurtati lbieraħ, sar contact tracing f’34 każ.

Dawn jinkludu:

  • 18 membri tal-familja ta’ każi magħrufa ta’ Covid-19;
  • 9 kollegi ta’ każi magħrufa;
  • 4 kuntatti diretti ta’ każi magħrufa;
  • 3 li kienu f’attivitajiet soċjali ma każi magħrufa.