Filmat: Tifel fost l-immigranti salvati li waslu Malta

Tifel ta’ seba’ snin kien fost il-grupp ta’ 85 immigrant li ġew salvati mill-patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta. Kien hemm ukoll 77 raġel u seba’ nisa. Huma ddaħħlu f’Xatt it-Tiben ftit wara d-9am.

Jidher li l-immigranti li ġew salvati sabu ruħhom f’diffikultà hekk kif kienu fuq tlieta jew erba’ dgħajjes tal-injam.

Għalkemm fuq il-post issejjħet ambulanza mill-isptar Mater Dei jidher li l-ebda persuna ma ttieħdet l-isptar.

Filmat: Beppe Galea
Ritratti: Luke Zerafa