85 ferħ f’Għawdex jistennew dar; tixtieq tadotta wieħed?

L-Animal Welfare f’Għawdex ħabbret li għandha 85 ferħ li se jkunu qed jistennew dar fil-ġimgħat li ġejjin. Bosta ritratti maħruġa fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom juri qtates ommijiet b’numru kbir ta’ frieħ magħhom.

L-Animal Welfare f’Għawdex appella sabiex dawk kollha interessati li jaddottaw u jagħtu dar sigura lil dawn il-qtates jistgħu jżuru l-Animal Welfare matul il-ġimgħa bejn it-8am u 4pm.

More and more kittens! We have 85 kittens who will all be looking for homes in the coming weeks. Those interested in providing good homes are to visit us during weekdays between 8.00am and 16.00.

Posted by Animal Welfare Gozo on Wednesday, April 24, 2019