84 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 118-il persuna

People-queue-at-BOV-wearing-masks-valletta
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru tas-Saħħa llum ħabbar 84 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 118-il persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,249 swab test li saru.

B’hekk bħalissa hawn 1,447 każ attiv tal-coronavirus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 27•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, December 27, 2020

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, imma mill-129 każ li tħabbru lbieraħ, kien hemm:

  • 33 każ f’familji fejn diġà kien hemm nies bil-virus
  • 15-il każ minn fuq il-post tax-xogħol
  • 16-il każ ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ oħrajn bil-virus
  • 10 każijiet ta’ attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies bil-virus

Dan ifisser li l-oriġini ta’ 55 każ għadha ma nstabitx.

Il-każijiet tal-bieraħ
129 każ ġdid; ifiqu 3 persuni

Illum tħabbru l-aħħar erba’ mwiet bil-virus, u b’hekk l-għadd totali ta’ mwiet tela’ għal 210.