84 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 167

tabib-maskra
Ritratt: Unsplash

Read in English.

Malta għandha 84 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 167 persuna. Dan irriżulta minn 3,044 swab test li saru.

B’hekk f’Malta issa hawn total ta’ 1,853 każ attiv.

Id-dettalji ġew ikkonfermati mill-Ministeru għas-Saħħa fl-infografika li qed tiġi ppubblikata kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook.

OFFICIAL COVID-19 figures for 04•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Wednesday, November 4, 2020

Ilbieraħ kien hemm 106 każi ġodda tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:

  • 16-il persuna li ħadu l-virus mingħand xi ħadd tal-familja
  • 4 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol
  • 7 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 2 każijiet minn barra minn Malta
  • Każ minn attività soċjali

Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 76 każ.

Dalgħodu, Newsbook.com.mt irrapporta li nstab każ pożittiv fost il-pazjenti residenti f’Dar Sant’Anna f’Għawdex.