838 persuna jmutu fi Spanja f’24 siegħa

People wearing protective face masks are seen in an almost empty Puerta del Sol in Madrid
REUTERS/Sergio Perez

Read in English.

Spanja qamet għat-tielet ġimgħa tagħha taħt lockdown illum. Filwaqt li l-gvern qed jiltaqa’ biex japprova tisħiħ tal-miżuri li qed jieħu, l-imwiet f’temp ta’ 24 siegħa żdiedu bi 838 persuna. B’hekk issa fil-pajjiż mietu 6,528 persuna.

Spanja issa qed issegwi lill-Italja fir-rata ta’ mwiet b’rabta mal-virus. Intant, fi Spanja issa hemm total ta’ 78,797 persuna li nstabet pożittiva għall-virus.

Il-Prim Ministru Pedro Sanchez, f’indirizz lin-nazzjon is-Sibt filgħaxija, ħabbar li l-ħaddiema kollha li m’humiex essenzjali m’għandhomx joħorġu minn darhom għal ġimgħatejn. Din hija l-aħħar fost il-miżuri li ħa l-pajjiż bil-għan li jiġġieled lill-virus.

Hu qal li l-ħaddiema se jkunu qed jirċievu l-pagi tagħhom sħaħ, iżda se jkollhom jaħdmu s-sigħat ta’ dawn il-ġimgħatejn f’dati oħrajn. Il-miżura għandha tidħol fis-seħħ għada u tintemm fid-9 t’April.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn