830 ħidma flimkien biex isalvaw l-annimali

Fl-aħħar seba’ snin, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assista lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali 826 darba. Dan ifisser medja ta’ żewġ każi fil-ġimgħa f'ħidma biex jiġi salvat kelb jew qattus li jkun fil-periklu.
Ma’ Newsbook.com.mt, kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal li fl-2014 kien hemm 98 każ, filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 55 każ.
Dan ifisser tnaqqis ta’ 44% li juri żieda fid-dipendenza u l-interess min-naħa tad-Direttorat tal-Animal Welfare.
Żied jgħid li fl-2009 kien hemm 143 każ, 134 fl-2010, 146 fl-2011, 120 fl-2012 u 130 fl-2013.