83 persuna waqqfu l-meals on wheels fi ħmistax

Fl-ewwel ħmistax ta’ din is-sena, kien hemm 83 persuna li waqqfu s-servizz tal-meals on wheels, medja ta’ persuna għall kull sitt persuni li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġibiet għall-mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Farrugia qal li preżentament ma hemm l-ebda persuna li qed tistenna li tibda tingħata dan is-servizz. F’Jannar 2016 kien hemm 287 familja jistennew is-servizz.
Fix-xhur li għaddew is-servizz kien f’nofs kontroversja hekk kif l-ikel ma baqgħax jitwassal sħun, iżda f’ikla chilled li l-anzjani kienu mistennija jsaħħnu d-dar bil-mocrowaveIl-Gvern sostna li legalment ma setgħax jibqa’ jwassal platt sħun għal raġunijiet ta’ iġene, skont regolamenti ġodda dwar is-saħħa.
Farrugia qal li minn fost l-422 persuna li preżentament qed jużaw dan is-servizz, 382 ikkonfermaw li għandhom mezz biex isaħħnu l-ikel, filwaqt li hemm 8 li m’għandhomx microwace fir-residenza tagħhom. Il-bqija għad irid jiġu kkuntattjati.