83 persuna f’periklu abbord dgħajsa fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija – Alarm Phone

Read in English.

L-Għaqda Non-Governattiva Alarm Phone, qalet li hemm madwar 83 persuna f’riskju abbord dgħajsa fl-ibħra Maltin f’żona li skont l-istess Għaqda huma jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-salvataġġ ta’ Malta.

Fi tweet għall-ħabta tat-3pm Alarm Phone qalet li ġiet infurmata li madwar 83 persuna abbord dgħajsa kienu jeħtieġu l-għajnuna. Skont l-istess Għaqda dak il-ħin id-dgħajsa kienet lejn in-Nofsinhar ta’ Lampedusa.

L-Għaqda sostniet li abbord l-istess dgħajsa hemm żewġ nisa tqal u li waħda minnhom waslet biex twelled. Temmet tgħid li l-awtoritajiet ġew infurmati u li dawn jeħtieġ li jiġu salvati mill-iktar fis.

SOS! ~83 lives at risk in Malta SARAbout an hour ago, we were alerted by approximately 83 people on a boat in distress…

Posted by Watch The Med – Alarmphone on Wednesday, July 22, 2020