Aġġornata bil-filmat: Madwar 83 immigrant ieħor jiddaħħlu Malta

Madwar 83 immigrant irregolari fosthom tifel u tifla bdew jiddaħħlu Malta għall-ħabta tas-siegħa ta' wara nofsinhar wara li ġew interċettati mill-Forzi Armati ta’ Malta aktar kmieni.
Għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta daħħlu f’Xatt it-Tiben 19-il katavru ta’ immigranti irregolari li mietu fuq id-dgħajsa fil-baħar tal-Mediterran fl-aħħar sigħat. 
Huwa maħsub li dawn tilfu ħajjithom meta nqabbdu fil-qiegħ tad-dgħajsa bejn il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt li għadda, filwaqt li 400 persuna oħra ġew salvati mill-istess dgħajsa. 
In-nazzjonalità tal-immigranti rregolari għadha mhux magħrufa.