825 pazjent ingħata l-kura barra minn Malta

825 pazjent ingħata l-kura barra minn Malta fl-2016.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara li għamel fis-sala tat-tfal fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Dr Fearne spjega li mit-825 pazjent, 205 kienu tfal taħt tmintax-il sena.
Qal li dawn ibbenefikaw mill-miżura li l-Gvern iħallas għal żewġ ġenituri biex jakkumpanjaw lill-uliedhom waqt il-kura.
Huwa spjega wkoll li fl-2016 in-nefqa għat-trattament fuq pazjenti Maltin barra l-pajjiż kienet ta’ €4 miljun.
Ritratt:DOI Kevin Abela