820,000 Ukren jaħarbu mill-pajjiż lejn ir-Russja

In-numru tal-Ukreni li ħarbu mill-pajjiżi u daħlu fir-Russja u pajjżii oħra. issa jammonta għal aktar minn 820,000.
L-Ogħla Kunsill tar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda qed javża li dan in-numru se jkompli jiżdiedu u qed jitlob li tingħata attenzjoni.
Fl-Ukraina huma aktar minn 430,000 dawk li ddeċidew li jitilqu minn reġjun għall-ieħor tal-pajjiż.
Dan l-ammont żdied mill-170,000 fil-bidu ta’ Settembru.
207,000 qed jitolbu l-jiġu kkunsidrati bħala refuġjati mir-Russja.