82% tal-Għawdxin favur it-tunnel – studenti

L-Istudenti Għawdxin fi ħdan l-għaqda Universitarja GUG, sostnew li 82% tal-popolazzjoni Għawdxija taqbel mal-proġett ta’ tunnel bejn Malta u Għawdex. Sostniet li wara l-laqgħa li kellhom f’Novembru li għadda jinsabu sodisfatti bil-progress dwar it-tunnel bejn Malta u Għawdex.

Fi stqarrija l-għaqda spjegat li bħall-maġġoranza tal-Għawdxin taqbel ma’ dan il-proġett u temmen li se jkun ta’ benefiċċju għall-Għawdxin li jivjaġġaw għax-xogħol u għall-istudji tagħhom ta’ kuljum. Qalu li dan it-tunnel se jgħin ukoll l-ekonomija Għawdxija.

Spjegat li wara numru ta’ studju ġie propost li l-ftuħ għat-tunnel minn Malta jkun viċin tal-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, filwaqt li dak f’Għawdex ikun fin-Nadur, viċin it-torri ta’ Kenuna. Qalu li l-istudju ambjentali diġà bdew isiru filwaqt li mudell qed jinħadem sabiex juri kif se jkun qed jgħaddi t-traffiku u l-kwalità tal-arja.

Intant l-għada rrimarkat li għad hemm partijiet mill-proġett li jonqoshom aktar riċerka u studju, fosthom il-ġeoloġija taż-żoni preċiżi fejn se jkun hemm il-fetħiet għat-tunnel. Semmiet ukoll il-bżonn li jiġi identifikat x’se jiġri mill-ġebel tal-kostruzzjoni.