82 post ġdid għall-akkomodazzjoni soċjali

Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li din is-sena, sat-23 ta’ Ottubru, l-Awtorità tad-Djar allokat 82 post għall-akkomodazzjoni soċjali.
Meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru Farrugia qal li l-aktar lokalitajiet li fihom ġew allokati postijiet ġodda huma Santa Venera b'19-il post segwita mill-Belt u Bormla b'għaxar postijiet.