82 konferenza barra minn Malta għall-ġudikanti Maltin

Fl-aħħar tliet snin saru 27 konferenza u seminars f’Malta għall-ġudikatura filwaqt li membri tal-ġudikatura attendew għal 82 konferenza barra minn Malta. Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata fil-Parlament mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fi tweġiba lid-deputat Nazzjonalista Mario Galea.

Il-konferenzi barra minn Malta saru kollha fl-Unjoni Ewropea għajr waħda li saret fil-Kosovo f’Ottubru 2018 u li għaliha attendew il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-Imħallef Silvio Meli.

F’Settembru 2017 ġiet organizzata żjara ta’ jumejn fl-istituzzjonijiet Ewropej li għaliha attendew 9 Imħallfin, 11-il Maġistrat u Segretarja. Id-delegazzjoni Maltija żaret il-Kummissjoni Ewropea fi Brussell u l-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja fil-Lussembrugu.

L-itwal safra kienet tal-Imħallef Joseph Zammit McKeon f’Ġunju li għadda meta mar għal ħamest ijiem Londra għat-30 anniversarju tal-Istitut Internazzjonali tal-Liġi Marittima (IMLI) bejn l-24 u 29 ta’ Ġunju.

Il-konferenzi f’Malta saru fuq diversi temi fosthom dwar it-traffikar tal-bniedem, id-drittijiet tal-bniedem, is-Cybercrime u l-użu ħażin tal-midja soċjali u anki dwar il-ħasil tal-flus.

ARA x’kienu l-konferenzi li għalihom attendew uħud mill-membri tal-ġudikatura: