Tħabbru 82 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 132 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,609 swab tests li saru.
Bħalissa hawn 1,498 każ attiv f’Malta.
Id-dettalji fuq dawn il-każijiet u dawk li nstabu lbieraħ għandhom jingħataw mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci fil-konferenza tal-aħbarijiet li tagħmel ta’ kull ġimgħa.
Din il-ġimgħa, il-konferenza qed issir illum minflok nhar il-Ġimgħa, fil-Milied.