800 immigrant salvati qrib Malta

Mat-800 immigrant iddaħħlu Reggio Calabria fl-Italja wara li ġew salvati qrib Malta.
Qed jiġi rrappurtat li tliet dgħajjes mgħobbija bin-nies kienu qed jinġarru mill-kurrent.
Fost il-persuni salvati hemm għexieren ta’ nisa u tfal.
Mill-bidu tas-sena, iktar minn 66,000 immigrant u refuġjat waslu l-Italja. Ħafna minnhom qed jaħarbu mill-kunflitti fis-Sirja u pajjiżi oħra.