800 immigrant irregolari f’ċentri miftuħa

Ħdax-il Ċentru Miftuħ preżentement qed jospitaw bejniethom 808 immigrant irregolari.
Dan joħroġ minn informazzjoni mpoġġija lbieraħ filgħaxija fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fi tweġiba għad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi.
Ftit anqas min-nofs dawn l-immigranti huma opsitati fiż-żewġ ċentri miftuħa ta’ Ħal Far, l-hekk imsejjaħ ‘Tent Village’ u l-Ħal far Open Centre. Kważi immigrant minn kull tlieta jinsab f’dar immexxija mill-Kummissjoni Emigranti.
Il-Marsa Open Centre jospitaa 90 immigrant waqt li l-Laboratorju tal-Paċi preżentament qed jospita fi ħdanu madwar 40 immigrant.
L-informazzjoni mogħtija fil-Parlament tindika li dawn l-immigranti ġejjin minn 36 pajjiż differenti, il-maġġoranza tagħhom pajjiżi Afrikani jew mil-Lvant Nofsani. Fl-istess ħin hemm ukoll immigranti minn żewġ pajjiżi Ewropej: l-Ukrajna u t-Turkija. Hemm ukoll immigranti li ġejjin miċ-Ċina u l-Vjetnam.