65 żagħżugħ jipparteċipaw f’Eurocamp organizzat miż-ŻAK

Madwar 65 żagħżugħ u żagħżugħa, fosthom ukoll żgħażagħ Maltin qed jipparteċipaw fil-Eurocamp-Upgrade, attività organizzata miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK), bħala parti mill-proġett Youth in Action. 

F'din l-esperjenza internazzjonali qed jipparteċipaw żgħażagħ minn għaxar pajjiżi differenti, fosthom mil-Italja, id-Danimarka, il-Litwanja, is-Slovakkja, Spanja, Awstrija u Żvizzera.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Roderick Borg, Youth Leader taż-ŻAK u membru tat-tim organizzattiv ta’ dan il-proġett.

Roderick Borg spjega kif l-attivitajiet qed jitrattaw diversi suġġetti b’mod kreattiv, fosthom id-drittijiet, iċ-ċittadinanza, l-edukazzjoni u l-Unjoni Ewropea.

Huwa ħeġġeġ ukoll liż-żgħażagħ Maltin biex jingħaqdu maż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika.

Il-websajt taż-ŻAK hija www.zakmalta.org.

Ritratti: ŻAK Malta