80 persuna f’riskju li jegħrqu f’ibħra Maltin – Alarm Phone

Read in English.

Mat-80 persuna jinsabu fuq dgħajsa f’periklu li jgħerqu f’ibħra territorjali Maltin. Dan skont l-għaqda Alarm Phone.

Fi tweet, l-għaqda qalet li l-ajruplan tal-ħidma u salvataġġ Moonbird kien dak li kkonferma l-pożizzjoni tal-immigranti. L-għaqda qalet li minkejja li l-awtoritajiet Maltin ilhom infurmati bil-każ madwar disa’ sigħat għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni.

Skont l-għaqda Sea-Watch, jidher li l-magna tad-dgħajsa li fuqha jinsabu l-immigranti mhux taħdem kif suppost. Qalet ukoll li t-80 persuna li hemm abbord mhux libsin ġkieket tas-salvataġġ u għaldaqstant għandhom bżonn għajnuna immedjata.

Aktar kmieni llum l-awtoritajiet Maltin offrew li jiddaħlu Malta 36 immigrant salvati fl-ibħra territorjali Maltin mill-bastiment Ocean Viking.

Aqra: Malta toffri li ddaħħal 36 immigrant salvati minn Ocean Viking