80 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 63 persuna

Men-wearing-face-masks-due-to-coronavirus-pandemic-2
Miguela Xuereb

Malta għandha 80 każ ġdid tal-coronavirus, li rriżultaw mill-2,811-il swab test li saru. Fiequ wkoll 63 persuna, biex issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,895.

OFFICIAL COVID-19 figures for 26•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Monday, October 26, 2020

L-aħħar darba li kien hawn inqas minn 100 każ ġdid f’daqqa f’Malta kien fit-13 t’Ottubru, iżda l-għadd ta’ każijiet ġodda ilu jkun aktar mill-għadd ta’ persuni li fiequ mit-2 t’Ottubru, meta l-għadd ta’ każijiet attivi kien 455. Mill-10 t’Ottubru ‘l hawn, ta’ kuljum intlaħaq għadd rekord ta’ każijiet attivi tal-Covid-19.

Dalgħodu tħabbret il-mewt tat-53 vittma tal-Covid-19 f’Malta, anzjan ta’ 73 sena.

Dettalji fuq l-aħħar mewt
Imut anzjan bil-coronavirus

Ilbieraħ kien hawn 125 każ ġdid tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:

  • 31 każ ta’ membri tal-familja ta’ nies bil-virus
  • 8 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol
  • 8 li kellhom kuntatt dirett ma’ nies oħra bil-virus
  • Każ minn Paceville
  • 2 każijiet impurtati
  • 3 każijiet minn attivitajiet soċjali

Dan ifisser li 72 każ kienu sporadiċi.