80 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 177 persuna

woman-wearing-face-mask-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Tħabbru 80 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 177 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,192 swab test li saru.

B’hekk bħalissa hawn 2,060 każ attiv tal-Covid-19.

OFFICIAL COVID-19 figures for 23•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Monday, November 23, 2020

Malta lbieraħ kellha 102 każijiet ġodda. Fost dawn kien hemm:

  • 25 persuna li ħadu l-virus mingħand xi membru tal-familja
  • 3 każijiet minn fuq post tax-xogħol
  • 10 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus

Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 64 każ.

Ilbieraħ tħabbru żewġ imwiet oħra bil-Covid-19, biex issa t-total ta’ mwiet hu ta’ 113.