80 għawwiem mgħejjuna f’ġurnata waħda f’Kemmuna

Tmenin għawwiem ġew mgħejjuna f’Kemmuna ilbieraħ minħabba l-kurrent qawwi fil-baħar tal-bajja ta’ Bejn il-Kmiemen.
Ma' Newsbook.com.mt lifeguard tal-ERRC spjegat li dan kollu ġara f'temp ta' ħames sigħat, bejn nofsinhar u l-5pm. 
Jirriżulta li ħadd mit-tmenin għawwiem ma kellu bżonn aktar kura iżda sabu ruħhom għajjiena fil-baħar u sabuha diffiċli li jgħumu lura fuq il-blat.
Dawn ġew mgħejjuna mill-Emergency Response and Rescue Corps. 
Madanakollu, tfajla Belġjana ta' 20 sena weġġgħet daharha waqt li qabżet minn fuq Kemmuna. Hi ttieħdet fil-port tal-Imġarr f’Għawdex permezz tal-ambulanza tal-baħar u minn hemmhekk ittieħdet b’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, Jahel Muscat, lifeguard u voluntiera tal-ERRC, tkellmet dwar każi komuni li bħala voluntiera mħarrġa jkollhom jiffaċċjaw