​80.1% użaw l-internet fl-2017; 175,200 xtraw onlajn

Fl-2017, 80.1% tal-popolazzjoni, jiġifieri 271,699 persuna, użat l-internet.
Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO),  l-iktar li użaw l-internet kienu dawk ta’ bejn 16 u 24 sena, filwaqt li l-inqas użu sar minn dawk ta’ bejn il-65 u l-74 sena.
L-istess statistika turi li 83.4% ta’ dawk bejn is-16 u l-74 sena aċċessaw l-internet mid-dar jew mix-xogħol minn fuq il-mowbajl. Dan ifisser żieda ta’ 7.6% fuq is-sena ta’ qabel.
F’95.9% tal-każijiet, l-internet intuża biex issir komunikazzjoni.
Barra minn hekk, 175,200 persuna xtraw prodotti jew servizzi onlajn, żieda ta’ 1.8% meta mqabbel mal-2016. L-aktar li nxtraw kienu ħwejjeġ, affarijeit marbuta mal-isport, akkomodazzjoni għall-btajjel u arranġamenti għall-ivvjaġġar.