80,000 tifel u tifla fir-Renju Unit ibatu mid-dipressjoni

Id-dipressjoni taffetwa xejn inqas minn 80,000 tifel u tifla fir-Renju Unit. Din iċ-ċifra ħarġet minn rapport imħejji minn esperti tas-saħħa fir-Renju Unit.

Ir-rapport jisħaq fuq il-bżonn li ikun hemm tibdil u avvanz fil-mod kif jiġu indirizzati l-problema tat-tfal. Mit-80,000 tifel u tifla, 8,000 minnhom huma tfal ta’ taħt l-10 snin.

L-akbar problema li trid tiġi solvuta hija l-varjazzjoni fil-mod kif qed jiġu indirizzati l-varji tipi ta’ dippressjoni tat-tfal. B’hekk, it-tobba qed jaħdmu biex jitħejjew standards li jkunu ugwali fil-mod kif jiġu indirizzati t-tipi diffeenti ta’ dipressjoni.  

Ġeneralment, it-tfal li jkunu qed ibatu minn dipressjoni juru sintomi oħra bħal ansjetà flimkien ma’ sintomi fiżiċi. Dawn jinkludu nuqqas ta’ rqad u nuqqas ta’ aptit.