8 xhur ħabs wara li pprova jsiefer b’passaport falz

Read in English.

Raġel intbagħat tmien xhur ħabs wara li ammetta li pprova jagħmel użu minn passaport falz sabiex isiefer minn Malta.

Toni Demaj ta’ 36 sena mill-Albanija tressaq il-Qorti llum akkużat li fis-17 ta’ Awwissu pprova jaqbad titjira lejn Dublin għall-ħabta tal-11.30am b’passaport falz Ungeriż. Intant, il-passaport oriġinali tiegħu instab aktar tard fil-but ta’ ġakketta li kienet fil-bagalja tiegħu.

L-assistenza legali tal-akkużat isottometta l-ħtija tal-akkużat filwaqt li skuża ruħu f’ismu.

Minbarra s-sentenza ħabs, il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima talbet lill-Prinċipal tal-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni sabiex malli l-akkużat jiskonta s-sentenza jiġi deportat.