8 xhur ħabs għal żewġ Sqallin li kienu fil-pussess tal-kannabis

Francesco Consalvo ta’ 26 sena u Filippo Parasole ta’ 29 sena, it-tnejn li huma minn Katanja, intbgħatu għal 8 xhur ħabs wara li ammettew li kienu fil-pussess ta’ 70 gramma kannabis kull wieħed.
L-ispettur Nikolai Sant qal li l-ammont li nstab fil-pussess tagħhom kien ekwivalenti għal 350 sigarrett tal-kannabis.
B’hekk, saħaq Sant, l-ammont ma kienx għall-użu personali.
Iż-żewġ Sqallin wieġbu ħatja tal-akkużi kontrijhom.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras immultathom €800 kull wieħed.