8 snin ta’ YouthReach

Għaddew tmien snin minn mindu grupp żgħir żgħażagħ f'Ħ'Attard ħolmu li jkun hemm grupp soċjoreliġjuż, grupp li eventwalment sar jismu YouthReach.
Minn Ottubru 2009, jiġifieri minn meta beda dan il-grupp, iż-żgħażagħ ma ħarsux lura, u flimkien ħolqu spazju fejn żgħażagħ setgħu jiltaqgħu biex flimkien jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jibnu wkoll ħbiberiji ġodda.
Matul dawn it-tmien snin, YouthReach organizza diversi laqgħat, fosthom diskussjonijiet dwar ġrajjiet kurrenti, volontarjat f'Malta u barra minn Malta, logħob, irtiri, live-ins, u ħafna oħrajn.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tat-tmien sena anniversarju, YouthReach ħareġ sit elettroniku ġdid (www.youthreachmalta.org) li fih diversi artikli u informazzjoni dwar il-grupp u l-membri.