8 snin oħra ħabs għall-eks President tal-Korea t’Isfel

Qorti fil-Korea t’Isfel ikkundannat lill-eks President Park Geun-hye għal tmien snin oħra fil-ħabs wara li nstabet ħatja li kkawżat telf ta’ fondi tal-Gvern u li pruvat tintervjeni f’elezzjoni parlamentari fl-2016.

Park diġà ġiet kkundannata għal 24 sena ħabs wara li nstabet ħatja minn Qorti inferjuri fuq tixħim, abbuż ta’ poter u koerzjoni.

Is-sentenzi kollha għandhom jiġu servuti konsekuttivament jekk jintlaqgħu, qalet kelliema tal-Qorti.