8 snin ilu: Inħasdet il-ħajja ta’ Damian Agius u Alfred Stellini

Għaddew tmien snin minn meta Damian Agius ta’ 21 sena u Alfred Stellini ta’ 44 sena tilfu ħajjithom fi splużjoni tal-kamra tan-nar ta’ San Bastjan.
Kien fit-22 ta’ Frar 2010, għall-ħabta ta’ 6.15pm meta splodiet il-kamra u ż-żewġ dilettanti kbar tan-nar instabu bla ħajja fil-kamra stess.
Alfred Stellini kien ħalla warajh familja bi tlett it-tfal.
Il-komunità ta’ Ħal Qormi llejla se tfakkar lil dawn iż-żewġ membri li tilfet dakinhar.  Se ssir quddies fis-6.30pm fil-Parroċċa ta’ San Bastjan.