8 sinjali li l-qtates iħobbuk

Xi wħud jgħidu li l-qtates ma jagħmlux ħbieb iżda dan mhux minnu. Għalkemm forsi huwa veru li l-qtates mhumiex tajbin biex juru emozzjonijiet bħala klieb, iżda xorta jagħmlu dan b’mod sottili. Int trid tkun attent  biex din taraha u, l-iktar importanti, tħossha. Hawn taħt issibu xi sinjali li l-qattus tiegħek jurik li jħobbok. X’taħsbu?

1. Il-qattus jigdmek … imma bil-mod biex ma jweġġgħekx.

2. Jimxi warajk u joqgħod iħobb miegħek u kważi ma jħallikx timxi.

3. Joqgħod fuqek u jibda jagħġnek b’idejh.

4. Iċaqlaq it-tarf ta’ denbu.

5. Iħares f’għajnejk qisu jrid ibusek.

6. Iġiblek xi rigali li jaqbad … bħal xi wirdiena.

7. Jitmiegħek fl-art u jurik żaqqu.

8. Jagħtik bir-ras, l-aktar ma’ wiċċek.

Mela jekk il-qattus tiegħek jurik sinjali minn dawn ibqa’ ċert li għandek annimal li jħobbok u bil-mod tiegħu jrid jurik kemm japprezzak … Imma tgħid għax tagħtih x’jiekol kuljum u meta jkun il-bard iddaħħlu taħt il-kutri miegħek?

Mistoqsijiet li kapaċi jirrispondihom biss qattus.