8 sigħat bla dawl u bi pressa baxxa lejn Pembroke

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li fl-4 ta’ Marzu, se jkun hemm qtugħ pjanat fil-provvista tad-dawl, u l-impjant tar-Reverse Osmosis f’Pembroke se jintefa.

Dan ħabbritu fi stqarrija, u spjegat li għalkemm dan m’għandux jaffettwa l-provvista tal-ilma, l-inħawi ta’ San Ġwann għandu jkollhom pressa baxxa.

Il-Korporazzjoni qalet li qed tieħu l-miżuri neċessarji biex ma jkunx hemm inkonvenjent għall-pubbliku.