8 priġunieri qattgħu l-Milied ma’ familthom

Read in English.

Il-Gvern qal li fil-Milied tmien persuni li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tħallew iqattgħu ftit sigħat mal-familji tagħhom. Dan sar bħala test ta’ riabilitazzjoni.

Fi stqarrija, il-Gvern spjega kif il-persuni li ntgħażlu ma kinux ta’ riskju għoli. Huma kienu mmoniterjati mill-Aġenzija l-ħin kollu, u kellhom tag elettronika fuqhom.

Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li dan il-proġett huwa parti mill-ħidma tal-Gvern biex itejjeb il-proċess ta’ riabilitazzjoni tal-priġunieri, sabiex dawn jintegraw mill-ġdid fis-soċjetà.