8 personaġġi Maltin midfuna fiċ-ċimiterju tal-Addolorata

Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

Iċ-ċimiterju tal-Addolorata, li jinsab mibni fuq l-għolja magħrufa bħala tal-Ħorr, jospita fih l-oqbra ta’ għexieren ta’ personaġġi Maltin magħrufa.

George Borg Olivier

L-eks Prim Ministru ta’ Malta, George Borg Olivier twieled 108 snin ilu, fl-1911. Dr Borg Olivier serva bħala Prim Ministru f’ħames leġiżlaturi, bejn l-1950 u l-1955 u bejn l-1962 u l-1971. Hu miet fid-29 ta’ Ottubru 1980 fl-età ta’ 69 sena.

Rużar Briffa

Il-poeta Rużar Briffa huwa figura importanti tal-letteratura Maltija. Hu twieled fil-Belt Valletta fl-1906 u miet fit-22 ta’ Frar tal-1963 fl-età ta’ 57 sena. Minbarra li huwa magħruf għall-kitba tiegħu, Briffa kien il-fundatur tal-Għaqda tal-Malti fl-Università ta’ Malta.

Karin Grech

Karin Grech, bint it-tabib Edwin Grech kienet vittma ta’ vjolenza politika. Hi nqatlet fl-1977 permezz ta’ ittra bomba li kienet indirizzata lil missierha. Sal-lum, il-każ tagħha għadu ma ġiex solvut.

Anton Buttigieg

Dr Anton Buttigieg kien it-tieni President ta’ Malta. Hu twieled fil-Qala fid-19 ta’ Frar tal-1912 u miet fil-5 ta’ Mejju tal-1983 fl-età ta’ 71 sena. Hu kien jikteb ukoll bosta poeżiji u ħareġ bosta pubblikazzjonijiet bħal Fanali Bil-Lejl.

Daphne Caruana Galizia

Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet permezz ta’ karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru tal-2017. Hi kienet magħrufa l-aktar għall-blog tagħha bl-isem ta’ The Running Commentary. Matul is-snin ħadmet mas-Sunday Times of Malta u The Malta Independent. Hi kienet ukoll editriċi tal-magazine Taste & Flair.

Daphne Caruana Galizia

Joseph Calleja

Joseph Calleja kien attur famuż fl-Istati Uniti li kien twieled Malta. Hu twieled fl-4 ta’ Awwissu tal-1897 u miet fil-31 ta’ Ottubru tal-1975 fl-età ta’ 78 sena. Hu jibqa’ mfakkar l-aktar għall-irwoli li kellu fil-films ‘My Sin’ (1939), ‘The Glass Key’ (1942) u ‘For Whom the Bell Tolls’ (1943).

Dom Mintoff

L-eks Prim Ministru, il-Perit Duminku Mintoff, missier Malta Repubblika, jinsab midfun fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Mintoff twieled fis-6 ta’ Awwissu tal-1916 u miet fl-20 ta’ Awwissu tal-2012 fl-età ta’ 96 sena.

Guido De Marco

Guido Demarco miet fit-12 ta’ Awwissu tal-2010. Hu kien serva bħala President ta’ Malta bejn l-1999 u l-2004. Kien ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1966. Hu kien serva bħala President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.