8 periti ġodda bil-warrant

Grupp ta’ 8 periti ġodda ġew ippreżentati biċ-ċertifikat tal-warrant mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg.
Il-Ministru awgura lill-periti li kienu qegħdin jirċievu l-warrants u qal li fi żmien fejn il-pajjiż qiegħed jiżviluppa b’pass tant mgħaġġel, huwa essenzjali li professjonisti jibqgħu ffukati, u li jikkollaboraw u jaħdmu bħala parti essenzjali fil-bini tal-futur tal-pajjiż.
Il-Ministru Borg qal li dan huwa żmien ta’ opportunità u huwa bix-xogħol dedikat u professjonali li nistgħu niżguraw futur u ekonomija li tiffjorixxi.
Tkellem ukoll dwar il-ħarsien tal-ambjent u l-iżvilupp ta’ ekonomija ekoloġika (green economy) li qal li huma importanti biex il-pajjiż jiżviluppa b’mod sostenibbli.
Rittratt: DOI – Clifton Fenech