8 novizzi f’Assisi bil-coronavirus; uħud kienu Malta

Read in English.

8 novizzi u 10 Patrijiet Franġiskani ħarġu pożittivi għall-coronavirus f’Assisi. Dan ħareġ f’rapport fuq il-ġurnal ANSA.it u Reuters.

Ġurnali oħrajn qed jirrapurtaw li n-novizzi waslu minn Franza, Malta u l-Kroazja.

Huma kollha novizzi li joqogodu f’kunvent faċċata tal-Bażilika ta’ San Franġisk. Id-Direttur tal-midja għall-kunvent qal li l-proċeduri kollha li jissalvagwardjaw is-saħħa ttieħdu u b’kollox wassal biex 25 novizz jitpoġġew f’iżolament.

Spjega kif dawn in-novizzi, li għandhom żgħażagħ, waslu fil-kunvent minn pajjiżi differenti madwar id-dinja. Qal li dawn waslu fil-kunvent ħamest ijiem ilu u ma kellhom l-ebda kuntatt mal-komunità u l-avvenimenti tagħha. Qal ukoll li b’hekk l-attivitajiet se jkomplu għaddejjin b’mod normali u se jkomplu jsegwu l-liġijiet b’rabta mat-tnaqqis tal-firxa tal-virus.